Traduzzjoni teknika

It-traduzzjoni teknika hija tip ta’ traduzzjoni speċjalizzata li tinvolvi t-traduzzjoni ta’ dokumenti miktuba minn kittieba tekniċi, bħal testi relatati mat-teknoloġija, li jittrattaw l-applikazzjoni prattika ta’ informazzjoni xjentifika u teknoloġika.  

Għalkemm it-terminoloġija speċjalizzata hija karatterisitka ewlenija tat-testi tekniċi, waħedha mhijiex biżżejjed sabiex test jiġi klassifikat bħala “tekniku”. Dan għaliex diversi dixxiplini u suġġetti li mhumiex ‘’tekniċi’’ għandhom ukoll xi forma ta’ terminoloġija speċjalizzata. It-traduzzjoni teknika tkopri ħafna tipi ta’ kitbiet speċjalizzati, u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien fuq is-suġġett, familjarizzazzjoni, u ħakma tajba tat-terminoloġija relevanti u l-konvenzjonijiet tal-kitba.

L-importanza ta' terminoloġija konsistenti fit-traduzzjoni teknika tgħin lit-traduzzjoni assistita mill-kompjuter (bl-użu ta' memorji tat-traduzzjoni u databases tat-terminoloġija), tkun aktar applikabbli. Fil-ktieb tiegħu Technical Translation, Jody Byrne jargumenta li t-traduzzjoni teknika hi  simili ħafna tal-komunikazzjoni teknika. Huwa jżid li t-traduzzjoni teknika tista’ tibbenifika minn riċerka f’dan il-qasam u anke f’oqsma oħra, bħall-użabilità u l-psikoloġija konjittiva.

Minbarra li tagħmel testi b’lingwaġġ tekniku aktar aċċessibbli għal udjenza aktar usa’, it-traduzzjoni teknika tinvolvi wkoll fatturi lingwistiċi ta’ traduzzjoni minn lingwa għall-oħra ta’ kitbiet teknoloġiċi.

Fiha nfisha, it-traduzzjoni hija bilanċ bejn arti u xjenza, influwenzata kemm mit-teorija kif ukoll mill-prattika. L-għarfien ta’ aspetti lingwistiċi u estetiċi tat-traduzzjoni huwa relevanti għall-qasam tat-traduzzjoni teknika.


© MMXXIII Rich X Search. We shall prevail. All rights reserved. Rich X Search